Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-turnaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton Keynes fl-Ingilterra.
L-ewwel turnament għal Borg ikun il-European Masters li propju beda llum u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Settembru meta tintlagħab il-finali. Fl-ewwel rawnd Borg se jilgħab kontra l-plejer Ċiniż Lyu Haotian. Din il-logħba tintlagħab nhar l-Erbgħa fit-3.30pm u tkun l-aħjar minn 9 frames.
Fil-bidu tax-xahar id-dieħel imbagħad Borg jieħu sehem fiċ-Championship League li beda jintlagħab il-ġimgħa l-oħra. Borg jilgħab il-logħbiet tiegħu fil-grupp fil-5 t’Ottubru fejn fost oħrajn huwa tela’ biex jilgħab kontra ċ-champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan. L-avversarji l-oħra ta’ Borg f’dan il-grupp huma Li Hang taċ-Ċina u l-plejer mill-Ukranja Julian Boiko. Il-logħbiet ikunu fuq 4 frames bl-ewwel plejer ikklassifikat fil-grupp jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab bejn is-26 u t-30 t’Ottubru.
Il-kalendarju tal-Main Tour għall-istaġun 2020/21 jista’ jinkiseb billi tidħol fil-link tal-World Snooker: https://wst.tv/full-calendar/
//= $special ?>