“Għandna gżejjer sbieħ li ma ħloqniehomx aħna, għandna komunità sabiħa li llum kburija li hija sovrana u awtonoma. Jalla l-għożża ta’ dawn is-seba’ prinċipji li semma l-Papa Franġisku tgħinna nippromwovu l-fejqan personali u tat-tessut soċjali tagħna. B’hekk tassew inkunu qegħdin nagħtu ġieħ “lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha”.
Hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna fil-quddiesa ta’ Jum il-festa tal-Indipendenza fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fejn fost l-oħrajn għamel referenza għas-seba’ prinċipji li semma’ l-Papa Franġisku fl-aħħar jiem.
Hu appella lill-mexxejja politiċi ta’ pajjiżna biex jgħożżu aktar ir-responsabbiltà fil-ħidma tagħhom, li jfittxu l-ġid komuni….u jkunu kontabbli fix-xoghol li jaghmlu.
Għal din il-quddiesa attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella, kif ukoll il-Prim Ministru, l-iSpeaker, Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, il-membri tal-Ġudikatura u membri mill-Korp Diplomatiku.

Intant qabel il-Quddiesa Pontifikali, bhala parti mic-celebrazzjonijiet fit-toroq tal-Kapitali saret il-parata mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
//= $special ?>