In-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic rebaħ is-36 titlu masters tal-karriera billi għeleb lil Diego Schwartzman fl-Open Taljan. Ir-riżultat finali kien 7-5 6-3. Djokovic kien diskwalifikat mill-Open tal-Istati Uniti, iżda rritorna bil-kbir b’din ir-rebħa, u mistenni jattendi wkoll l-Open ta’ Franza tal-ġimgħa d-dieħla.
Mill-kategorija tan-nisa, Simona Halep rebħet il-finali tal-Open tal-Italja wara li għelbet lil Karolina Pliskova 6-0 2-1. Pliskova fit-tieni seed waqfet il-partita biex tirċievi trattament għal injury li kienet qed isofri mill-bidu tal-logħba, u kien deċiż li ma setgħatx tkompli l-finali.
Il-Rumena Halep rebħet 14-il partita konsekuttiva minn qabe il-waqfa ħabba l-pandemija tal-coronavirus. Hi wkoll ħadet it-titlu tal-Open ta’ Franza tal-2018.
L-Open ta’ Franza ta’din is-sena se jibda l-Ħadd 27 ta’ Settembru f’Roland Garros f’Pariġi. Ir-rebbieħa tat-titlu tas-sena l-oħra Ashleigh Barty mhux mistennija tikkompeti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fi Franza.
//= $special ?>