Futbol Sport

Rebħiet għal Manchester City u Aston Villa fil-Premier League

(Ritratt: EPA)

Manchester City rebħu l-ewwel partita tal-istaġun wara gowls ta’ Kevin DE BRUYNE u Phil FODEN. Huma għelbu lil Wolverhampton 2-1.

Kienu t-tim ta’ Pep Guardiola li fetaħ l-iskor, wara li Romain Saiss waqqa lil Kevin De Bruyne fil-kaxxa, bl-istess DE BRUYNE ma jfalliex mill-ħdax-il metru.

Fit-32 minuta, City żiedu l-vantaġġ b’pass fil-kaxxa ta’ Raheem Sterling isib lil Philip FODEN li jitfa’ fix-xibka b’lasta pjuttost vojta wara ħarġa ħażina tal-gowlkiper.

Wolves daħlu lura fil-logħba fit-78 minuta meta cross ta’ Daniel Podence sab lil Raul JIMENEZ li bir-ras għeleb lil Ederson.

City ikkomfermaw it-tlett punti fl-aħħar sekondi tal-partita wara li De Bruyne kien fundamentali f’gowl ieħor b’Gabriel JESUS poġġa ismu fuq il-karta tal-iskorers.

Aston Villa għelbu lil Sheffield United b’gowl deċiżiv ta’ Ezri KONSA.

Fit-12-il minuta, Sheffield spiċċaw b’għaxar plejers meta tkeċċa John Egan.

Il-partita baqgħet sejra għall-agħar għal Sheffield b’John Lundstram falla penalty fis-36 minuta.

Il-gowl tar-rebħa għal Aston Villa wasal fit-63 minuta, meta corner mix-xellug wasal fuq ras Tyrone Mings li qassam b’daqqa lura bil-ballun spiċċa għand KONSA fejn skorja bir-ras