Sport Sport Ieħor

Tingħata bidu għat-Tazza San Franġisk

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-tletin laqgħa tal-istaġun fuq ħdax-il tiġrija, kollha għal żwiemel tat-trott. Ingħatat bidu wkoll għall-kampjonat tat-Tazza San Frangisk għaż-żwiemel tal-klassi Copper. Dan seħħ permezz ta’ erba’ heats fuq distanza ta’ 2140m. Minn dawn il-heats, 24 żiemel riedu jgħaddu għas-semi finali.

Fl-ewwel heat Copper, Filou Du Lion (M. Ellul) ċeda kollox fl-aħħar metri meta nqabeż minn Easy Oaks (Rodney Gatt) li ħadet l-ewwel rebħa faċilment f’Malta minn fuq Easy Sam (Charles Camilleri). Filou Du Lion kellhu jikkuntenta bit-tielet post minn Flexy Very (Dolan Casha), Caprice De Bouere (Ryan Schembri) u Rasputin LG (Paul Galea).

It-tieni heat mill-istess kampjonat kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn Firstly Light (Noel Baldacchino) u Frimeur Pipol (Cliferty Calleja). Kien tal-ewwel li akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u r-raba’ waħda f’pajjiżna. Irena Palema (Charles Camilleri) u Dino Josselyn (Graziella Garzia) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament b’Panda Des Fleches (Clayton Magri) u Crack Des Lanciers (Alfred Attard) ukoll jagħmluha għall-fażi li jmiss.

L-Iżvediża Lady Red Summer (Joseph Mercieca) ħadet l-ewwel rebħa f’pajjiżna fit-tielet heat Copper. Mercieca poġġa lil din id-debba quddiem f’nofs id-dritta finali biex temmet rebbieħa minn Brime Du Chene (Jonathan Agius), High Handed (Tony Demanuele) u Verseau d’Anpierre (Joseph Scerri). Classic Toll (Alex Farrugia) u Volga De Tortuga (Johan Gaffarena) kellhom ukoll pjazzament pożittiv.

Fir-raba’ u l-aħħar heat Copper, Charlton Gauci talab lil kwotat Ernest Des Angles (Charlton Gauci) biex iżid fil-pass dawra mit-tmiem. Dan irnexxielu jaqbeż lil Happy Rapide (Rodney Gatt) propju ftit metri mill-linja finali u ħa t-tielet rebħa nfila. Imakeittheeasyway (Mark Bonnici),Velco Rocq (Joshua Bowell), Faribole d’Atout (Robert Attard) u Univers Fredano (Amabile Ellul) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għas-semifinali.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Easy Oaks (R. Gatt) Hin – 2.45.7 (1.17.5) 2. Easy Sam (C. Camilleri) 3. Filou Du Lion (M. Ellul) 4. Flexy Vert (D. Casha)  5. Caprice De Bouere (R. Schembri) 6. Rasputin LG (P. Galea)

II Tiġrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Firstly Light (N. Baldacchino) Hin – 2.41.7 (1.15.6) 2. Frimeur Pipol (C. Calleja) 3. Irena Palema (C. Camilleri) 4. Dino Joseelyn (G. Garzia) 5. Panda Des Fleches (C. Magri) 6. Crack Des Lanciers (A. Attard)

III Tiġrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Lady Red Summer (J. Mercieca) Hin – 2.44.1 (1.16.7) 2. Brime Du Chene (J. Agius) 3. High Handed (T. Demanuele) 4. Verseau d’Anpierre (J. Scerri) 5. Classic Toll (A. Farrugia) 6. Volga De Tortuga (J. Gaffarena)

IV Tiġrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ernest Des Angles (C. Gauci) Hin – 2.42.7 (1.16) 2. Happy Rapide (R. Gatt) 3. Imakeittheeasyway (M. Bonnici) 4. Velco Rocq (J. Bowell) 5. Faribole d’Atout (R. Attard) 6. Univers Fredano (A. Ellul)

V Tiġrija. Heat Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Best Of Morchies (D. Gatt) Hin – 2.46 (1.17.6) 2. Midnight Passion (E. Bezzina) 3. Adios Amigo (Ph. Calleja) 4. Cobra d’Ostal (A. Magro)

VI Tiġrija. Heat Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bombay Saphir (F. Casha) Hin – 2.42.6 (1.16) 2. Sharif America (M. Sammut) 3. Amenophis Du Lilas (C. Camilleri) 4. Get Lucky Pellini (N. Baldacchino)

VII Tiġrija. Heat Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Demon De Babel (J. Gafa’) Hin – 2.39.5 (1.14.5) 2. Feel The Music (M. Debono) 3. Un Du Buisson (N. Baldacchino) 4. Ida Glitter (G. Attard)

VIII Tiġrija. Heat Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Very Welcome (A. Bartolo) Hin – 2.40 (1.14.8) 2. Udako (A. Farrugia) 3. Uncle Oaks (K. Saliba) 4. Big Ben (C. Agius) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Braveheart Jiel (C. Refalo) Hin – 3.19.8 (1.15.7) 2. Tom Des Rivieres (N. Baldacchino) 3. Vangiskan Scott (B. Zammit) 4. Uranus Tepol (C. Cassar)

X Tiġrija. Heat Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Rebel (C. Camilleri) Hin – 2.41.3 (1.15.4) 2.Allez Blue (N. Baldacchino) 3. Val De Villetot (A. Cassar) 4. Cap Des Granges (A. Farrugia)

XI -il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Atus Picken (D. Xerri) Hin – 3.17.6 (1.14.8) 2. Chemsak Vedaquais (J. Said) 3. Alixan (C. Calleja) 4. Vick De La Nade (M. Debono)