Internazzjonali

Tmut il-kantanta Pamela Hutchinson

Ix-xena mużikali tal-R&B tinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt tal-kantanta Pamela Hutchinson fl-età ta’ 61 sena. Hi kienet tifforma parti mill-grupp The Emotions.

Hutchinson kienet l-iżgħar minn fost ħuta li kienu membri ta’ The Emotions, u se tibqa’ mfakkar għal waħda mill-aktar hit singles ta’ suċċess bl-isem ta’ Best of My Love.

F’messaġġ fuq Facebook il-grupp The Emotions irringrazzja lil Pamela, u sellmu l-memorj tagħha.

https://www.facebook.com/TheEmotionsFanPage/posts/3624083467626533