Futbol Sport

Valletta jibdew b’rebħa fuq Birkirkara

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Valletta……………..4

Birkirkara…………2

Valletta: H. Bonello, J. Caruana (C), S. Malano (T. Marukawa 65) N. Marcolino (S. Dimech), K. Nwoko (M. Picciollo), J. Zerafa, E. Sala, N. Pulis (T. Caruana 55), R. Muscat, D. Aguirre (R. Camilleri 82), M. Jovanovic

Birkirkara: A. Hogg, E. Pepe, M. Guillaumier (C), P. Mbong (L. Montebello 79), Y. Yankam, M. Falcone, C. Attard (R. Briffa 38), C. Bonanni, H. Prado (K. Zammit 79), M. Carniello, T. Ntow

Valletta fetħu l-impenji tagħhom fil-kampjonat Premier b’rebħa tajba fuq Birkirkara bl-iskor ta’ 4-2. Din kienet l-aħħar partita tal-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier.

Kienu Birkirkara li marru fil-vantaġġ wara seba’ minuti biss, wara li Prado Rocha attakka mal-linja u tefa’ ballun fil-baxx fil-kaxxa fejn sab lil Matias FALCONE li b’xutt fil-baxx ma falliex.

Valletta rrispondew immedjatament bi kross ta’ Joseph Zerafa li sab lil Santiago MALANO li bir-ras għamel l-iskor indaqs.

Valletta resqu viċin it-tieni gowl bi kross ta’ Damian Aguirre li kien kemmxejn twil għal Nwoko, li seħet barra.

Valletta dawru l-partita favurihom fit-18-il minuta permezz ta’ Kyrian NWOKO  meta kross ta’ Eslit Sala sab lill-istess NWOKO li b’daqqa ta’ ras fil-baxx għeleb lil Andrew Hogg.

L-ewwel attakk denju ta’ nota fit-tieni taqsima wasal mingħand Valletta meta Marcolino waħdu mal-gowlkiper ra x-xutt tiegħu milqugħ.

Fit-63 minuta, Valletta ngħataw penalty wara li Rowen Muscat waqqà lil Claudio Bonanni fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru, Yannick YANKAM ma falliex.

Ftit minuti wara, penalty ieħor din id-darba għal Valletta wara fawl ta’ Hogg li waqqà lil plejer ta’ Valletta fil-kaxxa. Damian Aguirre nkariga ruħu mil-penalty. Hogg salva tajjeb l-penalty iżda mir-rebound, Santiago MALANO laħaq l-ewwel biex tefa’ l-ballun fix-xibka.

Valletta għalqu l-logħba fl-aħħar minuti tal-partita, wara li pass fit-tul sab lil Matteo PICCIOLLO waħdu li b’ġirja tajba qabeż il-gowlkiper u skorja r-raba’ gowl f’lasta vojta.