Żagħżugħ u tfajla arrestati f’ħidma oħra kontra t-traffikar u pussess tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, ilbieraħ f’Bormla, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat żagħżugħ ta’ 29 sena u tfajla ta’ 28 sena, li dehru jaġixxu b’mod suspettuż waqt li kienu f’vettura.
Il-Pulizija avviċinaw liż-żewġ persuni u saret tfittxija fuqhom u fil-vettura.
Waqt it-tfittxija, fil-vettura nstabu diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, eroina u crack.
Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali, immexxija minn Marsienne Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja filwaqt li ż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>