Fir-raba’ jum tad-29 ġimgħa tal-Covornavirus f’pajjiżna ġew irreġistrati 38 każ ġdid biex it-total ta’ każijiet minn Marzu lil hawn qabżu t-3,000 għal 3,023 każ ta’ COVID-19. Dan fost 2,409 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
B’34 persuna jfiqu mill-Coronavirus, bħalissa l-każi attivi issa telgħu għal 754 persuna bil-virus, li jinkludu fosthom 75 immigrant, filwaqt li l-persuni mfejjqa telgħu għal 2,113.
Dawn il-każijiet imħabbra llum mill-Ministeru tas-Saħħa fuq facebook għadhom qed jiġu investigati.
Din il-pandemija fl-aħħar 4 ijiem ħasdet il-ħajja ta’ 7 anzjani, l-ogħla żieda ta’ imwiet bil-COVID-19 f’qasir żmien mill-bidu tal-pandemija.
Intant, mill-każijiet pożittivi mħabbra t-Tnejn, wieħed jinnota kif 15-il persuna ġejjin mill-cluster tad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp fil-Fgura, 8 każijiet huma membri familjari ta’ każijiet oħrajn diġà magħrufa, każ ta’ kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, 2 każi huma kollegi tax-xogħol ta’ każi diġà magħrufa, 2 każijiet minn attivitajiet tal-massa filwaqt li 3 persuni ġew pożittivi mill-industrija tad-divertiment.
Mal-5 immigranti li ttestjaw pożittiv ilbieraħ, dan ifisser 14-il persuna mill-50 imħabbra f’Jum l-Indipendenza ma jafux minn fejn laqtu l-virus.
//= $special ?>