Għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, il-Pulizija se tressaq il-Qorti 4 persuni mixlija li attakkaw u serqu tliet persuni, fosthom żewġ anzjani, fil-limiti tal-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana lbieraħ.
Intant, il-Pulizija se tressaq separatament lil persuna oħra l-Qorti wara li kien fis-sakra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li ma obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija.
Dawn ilkoll se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Natasha Galea Sciberras.