Lokali Qorti

Erba’ persuni se jitressqu l-Qorti wara li serqu u attakkaw 3 persuni fil-Furjana

Se titressaq ukoll persuna li kienet fis-sakra fl-Ajruport b'mod separat

Għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, il-Pulizija se tressaq il-Qorti 4 persuni mixlija li attakkaw u serqu tliet persuni, fosthom żewġ anzjani, fil-limiti tal-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana lbieraħ.

Intant, il-Pulizija se tressaq separatament lil persuna oħra l-Qorti wara li kien fis-sakra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li ma obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija.

Dawn ilkoll se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Natasha Galea Sciberras.