Lokali

ESKLUSSIVA: Aktar arresti mill-Pulizija; Keith Schembri jingħata police bail

Ftit tas-sigħat ilu, il-Pulizija ġabru aktar persuni b’rabta mal-iskandlu tat-tixħim u ħasil ta’ flus mill-bejgħ tal-passaporti.

Net News jista’ jikkonferma li llejla, fid-Depot għaddejin aktar interrogazzjonijiet fil-konfront ta’ persuni oħra implikati. Dan filwaqt li Keith Schembri ingħata l-police bail minħabba li l-avukati tiegħu saqsew għall-interim leave – dik li b’mod sempliċi tfisser sospensjoni fil-proċedura.

B’hekk, l-eks Chief of Staff ta’ Muscat ingħata police bail wara anqas minn 24 siegħa ta’ interrohazzjonijiet. Għalkemm jidher li Schembri se jerġa’ jissejjaħ id-Depot l-Erbgħa filgħodu.

Dan is-sit kmieni dalgħodu bagħat serje ta’ domandi lill-Pulizija li baqgħu mhux imwieġba.

Fost l-oħrajn saqsejna jekk Brian Tonna hux qed jinżamm mill-Pulizija fid-Depot, jekk saru searches fl-uffiċjini tal-kumpanija tiegħu Nexia BT, u jekk l-impjegati ta’ Nexia ġewx interrogati.

Domandi oħra kienu, fost l-oħrajn, jekk l-uffiċji ta’ Nexia BT f’San Ġwann ġewx issiġillati, u jekk kienx hemm materjal elettroniku u servers li ġew elevati mill-Pulizija.