Wieħed mill-akbar kritiċi tal-President taċ-Ċina – li kien sar sinjurun mill-kummerċ bil-proprjetà – ġie kkundannat il-ħabs għal tmintax-il sena, fuq akkużi ta’ korruzzjoni.
Qorti f’Beijing sabet lil Ren Zhiqiang ħati dwar ‘korruzzjoni, tixħim u użu qarrieqi ta’ fondi pubbliċi’ u meta hu kien ikkundannat ukoll biex iħallas multa ekwivalenti għal talanqas 485,000 ewro.
Ren Zhiqiang kien ‘sparixxa’, f’Marzu, ftit wara li kiteb artiklu li allegatament kien ‘mimli bi kritika’ għall-President taċ-Ċina, Xi Jinping.
Għalkemm Xi Jinping ma ssemmiex b’mod dirett f’dak l-artiklu, il-ħsieb ġenerali kien li ‘l-awtur ried jalludi speċifikament għall-President Ċiniż, b’kitbietu’.
Intant, il-qorti li kundannat lil Ren qalet li hu aċċetta li jinvolvi ruħu fit-tixħim u l-frodi relatata għall-fondi pubbliċi. Fl-istess ħin, il-qorti stqarret li l-imputat ‘ammetta volontarjameant għall-akkużi kollha’ u li hu mhux se jappella mill-verdett.
//= $special ?>