Il-logħba tat-tielet rawnd tal-Carabao Cup bejn Tottenham u Leyton Orient ġiet posposta. Dan wara numru ta’ plejers mill-iskwadra ta’ Leyton Orient instabu pożittivi għall-coronavirus. Il-konfront kien se jintlgħab illejla fis-7pm.
Ilbieraħ, Leyton Orient ħabbru li sabu numru ta’ plejers pożittivi, u għalqu l-grawnd u l-faċilitajiet tagħhom sakemm tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni. Huma kkonfermaw li t-testijiet, imħallsa minn Tottenham stess, saru wara l-partita tal-League Two kontra Mansfield li ntemmet 2-2. Dan għaliex testijiet huma mandatorji biss għat-timijiet tal-Premier League.
Diversi timijiet fil-Premier League jħossu li l-fatt li fil-kampjonati l-oħra tal-pajjiż ma jsirux testijiet qed ipoġġi lilhom u l-impenji tagħhom fl-Ewropa f’riskju kbir.
Illum tħabbar ukoll li l-ispettaturi mhux se jidħlu fil-grawnds kif kien pjanat f’Ottubru li ġej, wara żieda qawwija ta’ każijiet fl-Ingilterra.
//= $special ?>