Coronavirus Lokali Saħħa

Imut raġel ta’ 86 sena bil-Covid-19; l-24 vittma tal-virus f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 86 sena huwa l-24 vittma tal-Covid f’pajjiżna.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru.
Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-17 ta’ Settembru, u miet aktar kmieni llum.

Għaldarboħra, il-Ministeru ppreċiża li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Ir-raġel huwa d-disa’ vittma tal-Covid f’disat ijiem, u din hi l-ħames ġurnata konsekuttiva li kienu rreġistrati mwiet bil-virus f’Malta.