Il-grupp tar-residenti tal-Kottonera ‘Tuna Artna Lura’ ħarġu filmat qasir li juri tliet spazji miftuħa prezzjużi fil-Kottonera li qed iħaddru…. u l-potenzjal li jistghu ikunu ta’ gid kbir għall-komunita’ lokali.
It-tliet spazji inkwistjoni huma dawk li l-Universita’ tal-Ġordaniżi tixtieq tibni bil-pjan li testendi l-kampus tagħha. Din l-estensjoni ġiet rifjutata unanimament mill-Awtorita’ tal-Ippjanar is-sena li għaddiet, wara li r-residenti ngħaqdu kontra l-proġett.
Madanakollu, l-AUM appellat id-deċiżjoni u tixtieq li l-Awtorita’ tal-Ippjanar tapprova l-estensjoni, mingħajr ma tipproponi l-ebda emendi għall-pjanijiet oriġinali tagħha.
L-art pubblika, li għandha sinifikat għoli kulturali u storiku, ingħatat lill-kumpanija Ġordanjana ‘Sadeen’ fl-2015 għal 99 sena.
Fi stqarrija, l-ghaqda fakkret li l-Kottonera hija żona li hi mibnija b’densita’ qawwija, u jekk l-applikazzjoni tal-AUM tiġi aċċettata, l-estensjoni se tieħu sa 25% tal-ftit spazji miftuħa li baqa’. Il-każ għandu jinstema’ quddiem it-Tribunal fl-1 ta’ Ottubru.
L-istqarrija tfakkar ukoll li wara snin ta’ kontroversji, il-kampus tal-AUM jidher li hu vojt, bi ftit li xejn studenti.
//= $special ?>