Malta………………..0
Danimarka………8
Malta: J. Xuereb, E. Lipman, S. Farrugia, D. Theuma (A. Said 70), R. Cuschieri (C), A. Sultana, M. Farrugia, S. Zammit, J. Flask (N. Sciberras 33), C. Zammit, H. Bugeja (Y. Carabott 75)
Danimarka: K. Abel, R. Sevecke, S. Sorenson, K. Veje, N. Sorenson, S. Nielsen, S. Junge-Pederson (E. Snerle 66), S. Svava, P. Harder (N. Christiansen 66), N. Nadim (S. Bruun 66), S. Larsen
Fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2021 minn Grupp B li ntlagħbet fis-Centenary Stadium, it-tim Nazzjonali Malti tan-nisa safa megħlub mill-qawwa Daniża, hekk kif tilfu 8-0. Id-Danimarka jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi, kif ukoll għadhom ma qalawx gowls f’din il-kompetizzjoni. Huma wkoll l-aktar tim li skorja, b’41 gowls. Malta tinsab fil-ħames post, erba’ punti fuq il-Ġeorġja li qiegħdin f’qiegħ il-klassifika bla punti.
Id-Danimarka fetħu l-iskor wara sitt minuti biss, meta kross ta’ Harder sab lil LARSEN li bir-ras xeħtet fil-lasta.
Minuta wara, d-Danimarka kabbru l-vantaġġ b’azzjoni simili tal-ewwel gowl, permezz ta’ kross preċiż ta’ Svava b’NADIM bir-ras tiskorja t-tieni gowl.
Fl-20 minuta, d-Danimarka marru viċin għat-tielet gowl meta kross mix-xellug sab lil Nadim li bir-ras ħabtet il-ballun mal-lasta.
NADIM għamlet id-doppjetta ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, wara li daret tajjeb quddiem id-difiża Maltija u sparat xutt mill-isbaħ fix-xibka.
Ir-raba’ gowl wasal minuta wara l-bidu tat-tieni taqsima b’kross ta’ Sorenson bil-ballun niżel f’saqajn Svava li qassmet f’nofs il-kaxxa b’TROELSGAARD tinkwadra faċilment.
HARDER kabbret id-distakk wara li pass fit-tul ta’ Sorenson, HARDER ikkonkludiet b’xutt fuq l-ewwel lasta.
Żball fid-difiża Maltija wassal għas-sitt gowl tal-partita, u t-tielet wieħed f’għaxar minuti. Kross ta’ JUNGE-PEDERSON ħoloq taħwida fil-kaxxa, bil-ballun ġie devjat minn Sciberras u spiċċa fix-xibka.
Il-qawwa tall-avversarji baqgħet tiddomina bis-seba’ gowl. Larsen attakkat mil-linja leminija u xeħtet ballun fil-kaxxa bil-gowlkiper Maltija inqabdet barra, u BRUUN b’lasta vojta ma fallietx.
Il-logħba ngħalqet bit-tmien gowl għad-Danimarka, fejn xutt b’saħħtu ta’ TROELSGAARD minn barra il-kaxxa għelbet lil Xuereb u skorjat gowl mill-isbaħ.
//= $special ?>