Lokali Qorti

Jinżamm arrestat fuq allegat traffikar ta’ droga

Bormliż ta’ 29 sena li huwa magħruf sew mal-Pulizija li fil-weekend ġie arrestat meta allegatament instabu fuqu bi qratas li l-Pulizija qed tissuspetta li huma kokaina, eroina u crack kellu t-talba għal libertà proviżorja miċħuda mill-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni qed tikkontendi li din id-droga nstabet fil-karozza ta’ Douglas Briffa, u li din ma kinitx għal użu personali bl-Avukati tiegħu jargumentaw fuq il-premessa li kieku huwa twaqqaf 100 metru iktar l isfel fit-triq, huwa seta’ jiġi pproċessat minn Qorti tad-Droga.

Douglas Briffa ġie arrestat nhar il-Ħadd, 20 ta’ Settembru waqt ronda ta’ l-Iskwadra tad-Droga f’Bormla. L-uffiċjali qalu li kienu nnutaw karozza li s-sewwieq tiegħu kien qed jaġixxi b’mod suspettuż u li waqqfuha. Wara r-rota ta’ dik il-karozza, kienu sabu lil Briffa, bit-tfajla tiegħu fuq is-sit tal-passiġġier.

Sittax-il qartas suspettati kokaina, crack u eroina nstabu ġewwa l-vettura. Ma nstab xejn ġewwa d-dar tiegħu. L-Ispetturi Anthony Scerri u Martin Mallia qalu lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li t-tfajla tiegħu ġiet arrestata wkoll u wara ġiet meħlusa fuq Police Bail.

L-avukati ta’ Briffa, Franco Debono u Amadeus Cachia wieġbu f’isem il-klijent tagħhom dikjarazzjoni ta’ mhux ħati f’isem u talbu l-ħelsien mill-arrest tiegħu.

L-Avukat Franco Debono staqsa lill-Ispettur Scerri dwar l-akkuża li kien fil-pussess tad-droga sa 100 metru minn post frekwentat minn żgħażagħ, bix-xhud iwieġeb li r-raġel kien ġie arrestat bejn żewġ żoni li huma ‘playing fields.’

Ħareġ li l-Pulizija kienet ordnat lir-raġel biex jieqaf fil-post inkwistjoni u l-Avukat Debono sostna bil-qawwa kollha li l-aggravament tal-akkuża “ma kienx ħaġa każwali, għalhekk” u talab lill-Qorti biex tqis il-fatt biex l-akkużat ikun jista’ jibbenefika mir-reġimi ta’ sentenza aktar baxxi, f’dik li tikkonverti lilha nnifisha f’Qorti tad-Droga.

Saret oġġezzjoni qawwija fuq it-talba tal-libertà proviżorja minn naħa tal-Prosekuzzjoni fuq il-bażi li Briffa mhux persuna affidabbli. Dan peress li huwa qed jiġu akkużat b’pussess aggravat u mhux sempliċi pusses ta’ droga, li kiser il-libertà proviżorja, kellu rekord kriminali kkulurit u diversi kundanni preċedenti, qalu l-Ispetturi . Qalu li kien hemm ukoll terzi persuni li għad iridu jixhdu.

Il-Qorti ma tatx il-libertà proviżorja, u ddikjarat li ma kinitx sodisfatta li Brffa seta’joffri l-garanziji meħtieġa, kif ukoll jesżisti riskju li tiġi mbagħbsa l-evidenza. Sentejn ilu Briffa kien ġie akkużat b’serq ta’ ġugarelli tal-Playmobil għal valur ta’ kważi ta’ €12,000.