Lokali Qorti

Konfermata sentenza ta’ erba’ snin ħabs għal eks-uffiċjal ta’ Identity Malta fuq misapproprjazzjoni

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ikkonfermat sentenza fil-konfront ta’ uffiċjal ta’ 64 sena li kien jaħdem ma’ Identity Malta li ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jirrifondi €44,400 wara li nstab ħati b’misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-aġenzija.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera fis-sentenza tagħha qalet li ma ssib l-ebda raġuni għaliex għandha tiddisturba s-sejbien ta’ ħtija fil-konfront ta’ Joseph Calleja, tenut anke kont tal-fatt li l-Ewwel Qorti kienet f’pożizzjoni vantaġġuża li tisma’ x-xhieda quddiemha inkluż ta’ Calleja stess u għalhekk waslet għal konklużjonijiet tagħha dwar il-krebilità tal-akkużat f’dawn il-proċeduri.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li quddiemha kien instemà l-każ fl-ewwel Qorti kienet semgħet kif ufficjali ta’ Identity Malta ssuspettaw bil-każ meta d-dħul finanzjarju tal-Aġenzija ta’ disat ijiem li kellu jiġi ddepożitati l-bank baqa’ ma ġiex iddepożitat.

Minn investigazzjoni li għamlet l-Aġenzja nstab li kien hemm aktar minn €44,400 nieqsa u diskrepanzi bejn id-dħul u l-ammont imniżżel fl-irċevuti. Identity Malta kkonfrontat lil Joseph Calleja li kien jaħdem fis-sezzjoni tal-passaporti u sabitlu mal-€1,500 fi flus kontanti fil-bwiet tiegħu.

Sabet ukoll numru ta’ safe deposit bags fl-iskrivanija tiegħu u aktar tard il-Pulizija sabulu wkoll safe deposit bags b’ċekkijiet u flus kontanti fid-dar tiegħu.

Meta kien ġie kkonfrontat, Calleja kellu madwar €1,500 fil-bwiet tiegħu, fejn huwa qal li dawn kienu nġibdu mill-kont personali tiegħu aktar kmieni mal-ġurnata. Madankollu numru ta’ boroż li jintużaw biex jiġu depożitati l-flus ta’ Identity Malta nstabu fuq l-iskrivanija tiegħu u fejn ipoġġi l-kolazzjon.

Aktar tard, huwa qal li ma kienx jaf fejn kien għamel il-boroż mimlijin bil-flus. Wara li l-affari kkwietat u konxju li kien inqabad kien mar aktar tard jiddepożita xi boroż tal-flus il-bank.

Il-Qorti kienet innutat li Calleja kien inkonsistenti ħafna fix-xhieda tiegħu fuq x’għamel eżatt bil-flus. Espert tal-kitba kkonferma wkoll li ċertu figuri fuq dokumenti tal-aġenzija kienu miktubin darbtejn, ikkanċellati jew kellhom kitba fuq kitba, b’xi numri wkoll jiġu mbagħbsa. Il-firem kienu qablu ukoll mal-firem ta’ Calleja.
S

adanitaant il-Pulizija sabet numru ta’ boroż (safe deposit bags) li kien fihom flus kontanti u ċekkiiet, fil-bagalja tiegħu li kienet fir-residenza tiegħu. Il-Qorti tal-Maġistrati qalet li l-Prosekuzzjoni rnexxielha tipprova l-każ tagħha fuq misappropjazzjoni. Madankollu Calleja iżda ma nstabx ħati li wettaq frodi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.