Coronavirus Edukazzjoni Lokali Saħħa

“Kuraġġ”… imma l-ebda serħan tal-moħħ mill-Ministru tal-Edukazzjoni

“Jien nagħmel kuraġġ lil kulħadd”

Hekk stqarr il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici meta fakkarnih li f’pajjiżna għad hawn għadd kbir ta’ ġenituri u għalliema il għadhom xettiċi ferm dwar il-ftuħ fiżiku tal-iskejjel u dak li jista jġib miegħu.

” JIENA NAGĦMEL KURAĠĠ LIL KULĦADD LILL-POPLU MALTI KOLLU KEMM HU

Iżda minbarra l-kliem ta’ kuraġġ, ftit li xejn aktar li jagħti serħan il-moħħ lill-għalliema u l-istudenti, li għalkemm jixitiequ jirritornaw lura fl-iskejjel għadhom mhux qed iħossuhom siguri biżżejjed.

F’wiċċ is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija f’pajjiżna, il-Ministru Owen Bonnici jibqa’ jħares lura għal meta f’pajjiżna kelna ftit każi, u jipparaguna l-ftuħ tal-iskejjel mal-ftuħ ta’ Skola Sajf u ċ-child care centres, li b’mod realistiku huma differenti ferm mill-istrutturi tal-iskejjel primarji u sekondarji. Bonnici jitkellem qisna għadna qed ngħixu fiż-żmien meta l-pandemija kienet taħt kontroll.

“ANKE META FTAĦNA SKOLA SAJF KIEN HEMM ELEMENT TA’ BIŻA BĦAL MA KIEN HEMM META ĠEJAN GĦALL-EŻAMIJIET TAS-SEC. GĦALHEKK IRRIDU NIEĦDU L-PREKAWZJONIJIET KOLLHA”.

Intant il-unions tal-għalliema għadhom ukoll mhumiex komdi b’dak li għamel s’issa l-Gvern. It-tweġiba ta’ Owen Bonnici dwar din kienet:

“XOGĦOLNA HUWA LI NITKELLMU MAL-UNIONS

Sa issa, la l-MUT u lanqas il-UPE għadhom ma rtiraw id-dikjazzarjoni tagħhom li l-iskejjel m’għandhomx jinfetħu għalissa.

Intant fl-isfond ta’ din l-inċertezza kollha, skejjel privati u tal-Knisja qed jagħmlu l-arranġamenti tagħhom fejn ħafna minnhom se jkunu qed jaqsmu l-klassijiet fi tnejn sabiex fi ġranet differenti nofs l-istudenti jattendu fiżikament filwaqt li n-nofs l-ieħor jitgħallmu b’mod virtwali.

Madankollu l-iskejjel tal-iStat għadhom se jkunu qed jiftħu b’mod normali, fil-klassi.