Lokali Qorti

L-Oppożizzjoni tilqa’ d-digriet tal-Qorti li ffriżat l-assi ta’ Keith Schembri

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tilqa’ d-digriet tal-Qorti li ffriżat l-assi ta’ Keith Schembri, li serva bħala Kap tas-Segretarjat tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kif ukoll ta’ numri kbir persuni oħra qrib tiegħu.

Fi stqarrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia saħaq li l-Prim Ministru Robert Abela għandu wkoll jerfa’ r-responsabbilita politika għal kemm hu personali u sħabu l-Ministri u Deputati Laburisti taw ir-riħ u ddefendew lil Keith Schembri waqt li kien għaddej jixxaħħam u jaħsel il-flus ġejjin mill-korruzzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista qed jistenna li l-awtoritajiet ta’ pajjiżna ma jaħlux aktar żmien u jiżguraw li dawk kollha responsabbli għall-korruzzjoni li twettqet minn Joseph Musxat u sħabu jaffaċċjaw il-ġustizzja illum qabel għada.

“Huwa tal-mistħija li dan il-pass ma sarx meta kellu jsir snin ilu u l-Partit Nazzjonalista jistenna kull min kaxkar saqajh jerfa’ r-responsabbiltà gravi ta’ għemilu.”