Lokali

Mhux lesti jipparteċipaw fl-interrogazzjoni

L-avukati ta’ Keith Schembri iridu jkunu jafu fuq xiex eżatt qed jiġi interrogat il-klijent tagħhom. Sakemm ikunu magħrufa d-dettalji, mhu se jipparteċipaw f’ebda interrogazzjoni. Fil-fatt, huma jridu li l-Inkjesta Maġisterjali, li kien talab l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil fl-2017, tkun ippubblikata – xi ħaġa li ilu jitlob l-avukat Jason Azzopardi li kien qed jirrapreżenta lil Simon Busuttil f’dan il-każ.

Dawn l-iżviluppi kollha ħarġu ftit tal-ħin ilu, f’kummenti li l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo taw lill-ġurnalisti miġbura barra d-Depot.

Kien Net News illi b’mod esklussiv żvela aktar kmieni dalgħodu li Schembri jinsab fid-Depot fejn qed jiġi interrogat. Nifhmu li l-Pulizija qed tistħarreġ il-każ serjissimi ta’ ħasil ta’ flus, b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti.