NET NEWS jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma illi l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, bħalissa qed jinżamm arrestat fid-Depot fejn qed isiru numru ta’ interrogazzjonijiet. Ma’ Schembri hemm arrestati oħrajn li huma implikati fl-iskandlu ta’ tixħim u ħasil ta’ flus li allegatament kienu ġejjin mill-bejgħ tal-passaporti.
Keith Schembri ġie arrestat fis-siegħa tat-Tlieta filgħodu fir-residenza tiegħu f’Santa Marija Estate, il-Mellieħa.
Kien ilbieraħ filgħaxija meta dan is-sit żvela li l-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ Keith Schembri. Dan wara li l-Pulizija skattat investigazzjoni fuq allegazzjonijiet serji li ilhom għaddejin mill-2017.
Ġew friżati wkoll l-assi tal-mara tiegħu, tal-ġenituri u l-qraba tiegħu.
L-ordni tal-Qorti hija fil-konfront ukoll ta’ Brian Tonna u Karl Cini, diretturi tal-kumpanija Nexia BT. Affetwata wkoll il-kumpanija Kasco tal-istess Keith Schembri, li għandha l-assi kollha friżati.
//= $special ?>