Kultura Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Polly Bruno fl-età ta’ 88 sena

Fuq il-mezzi soċjali, ġriet l-aħbar li ħallietna Polly Bruno t-Tlieta filgħaxija fl-età ta’ 88 sena.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=3253972774709731&set=a.711000699006964&type=3

Deskritta bħala mara b’qalb tad-deheb, is-Sinjura Bruno tiġi omm Hector Bruno, l-attur veteran li kien l-ewwel Sindku tal-Belt Valletta u preżentatur fuq NET Television, kif ukoll omm John Bruno, impjegat ma’ NET FM.

Kienu mijiet dawk li waslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familjari u l-ħbieb ta’ Polly kif ukoll wasslu l-memorji tagħhom tagħha, fosthom il-kunsilliera lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta.

Media.Link Communications iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Bruno.