Internazzjonali

Tkompli l-inċertezza dwar Brexit…

Il-mexxejja ewlenin tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea qed jaħsbu biex jissieħbu f’taħditiet urġenti dwar il-ftehim ta’ Brexit li jinsab aktar inċert minn qatt qabel. Dan meta r-Renju Unit qed jipprova jwarrab għal elementi partikulari tat-trattat li jtemm l-isħubija fl-UE li kienet ilha mis-snin sebgħin.

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Maros Sefcovic, qal li nhar it-Tnejn li ġej hu se jiltaqa’ ma’ Michael Gove, il-Ministru ewlieni tal-Gvern Britanniku.

Il-laqgħa se ssir qabel id-deadline tal-aħħar tax-xahar impost mill-Unjoni bil-għan li r-Renju Unit ma jippersistix b’abbozz ( l-Internal Market Bill) – intiż biex jinkitbu mill-ġdid xi partijiet tal-ftehim għall-Brexit.

L-uffiċjali tal-UE qed jappellaw biex il-Gvern Britanniku ‘jieqaf mil-logħob’ meta ż-żmien għad-dispożizzjoni tiegħu wasal biex jiskadi. Iżda r-Renju Unit qed jinsisti biex jgħaddi leġislazzjoni li kapaċi tannulla partijiet tal-ftehim għat-trattat ta’ Brexit, minkejja li dan għandu jsir b’abbuż tal-liġi internazzjonali.