Żagħżugħa mix-Xgħajra ta’ 23 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li sofriet minn ġrieħi gravi meta waqgħet minn gallarija ta’ lukanda, mogħla sular u nofs, f’San Ġiljan.
Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, bil-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan tmur minnufih fuq il-post, flimkien ma’ tim mediku biex jassistu lill-vittma u jagħtu l-ewwel għajnuna.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>