Lokali Qorti Saħħa

AĠĠORNATA: Tissokta l-kawża li fetaħ Adrian Delia fil-konfront tal-Vitals

Manuel Castagna jgħid li l-affarjiet li raw fil-bidu u llum... l-affarjiet inbiddlu

Illum se titkompla l-kawża li fetaħ il-Kap tal-PN Adrian Delia fil-konfront tal-Vitals. Adrian Delia kien fetaħ din il-kawża fil-Qorti biex it-tliet sptarijiet, San Luqa, Karin Grech u dak Ġenerali ta’ Għawdex jerġgħu jkunu tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-kawża qed tinstema’ quddiem l-imħallef Francesco Depasquale.

Dak li qed jinħareġ mill-Qorti:

Is-seduta li jmiss se tkompli fit-18 ta’ Novembru f’12pm. F’din is-seduta għandu jixhed il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna u persuna mill-OPM.

L-Avukat Debono talab ukoll biex jitla’ jixhed William Wait. Il-Qorti qablet li invista tal-iżvilupp tal-każ li jitla jixhed Wait.

14.07: L-Avukat Debono saqsa jekk ħassx li jikteb lill-Gvern dwar dak li ġara. Borg qal li hu dejjem mexa fil-bouna fede tal-kuxjenza tiegħu.

14.05: L-imħallef saqsa x’kienet l-ispeċjalizzjoni ta’ dawk li rebħu l-kuntratt. Borg qal li l-evalwazzjoni saret skont l-obġettivi tal-RFP.

14.00: Mistoqsi minn Adrian Delia dwar jekk qattx ingħata l-inkarigu li jara li kuntratt qed jitwettaq. Borg wieġeb fin-negattiv.

13.56: Borg qal li l-Gvern għandu l-obbligu li jekk dak li rebaħ il-bid ma jimxix mat-termini tal-kuntratt ma jħallasx u ma joħroġx flus jekk is-servizz mitlub ma jitwettaqx.

13.43: L-Avukat Debono saqsa jekk Borg għadux isostni li għamlu evalwazzjoni tajba tal-persuni involuti. Borg qal li kien involut biss sal-evalwazzjoni. Debono saqsa x’sar… Borg qal li fl-evalwazzjoni ingħatat biss informazzjoni x’se jiġri wara. Borg qabel li €30 miljun tal-Kapital ma tpoġġewx fil-kumpaniji.

Debono saqsa jekk l-isptar San Luqa jistax jopera, Borg qal li jekk tmur quddiem l-isptar għandek tieħu risposta.

13.38: L-Avukat Debono, saqsa li kieku kien jaf bl-MoU kienx jinduna b’dak li kien se jiġri. Borg wieġeb li ma jidhirlux. Robert Borg qal li minn 3 bid bonds, 2 ma kinux validi. Huwa qal li kieku 3 kienu validi, kieku mela kienet tkun aktar faċli għalih li jiġġudika u jaħdem.

13.29: Mistoqsi x’kien il-kapital tal-VGH intqal li kien €1,200, is-shareholders kienu l-BlueStone For Solutions Ltd, is-shareholders tagħha kienu Oxley Capital. Warajhom kien hemm Poli, Tumuluri kien biss direttur, imqabbad minn Oxley.

13.23: Borg qal li fil-bord ta’ evelwazzjoni kien hemm James Camenzuli, Manuel Castagna, hu – Robert Borg, u l-professur Grixti.

13.18: L-Avukat Debono staqsa x’bids kienu raw, Borg qal li l-bid tal-Vitals “kienet komprensiva ħafna”.

13.16: Huwa qal li kien ġie appuntat minn Ronald Mizzi, Segretarju Permanenti tal-eks Ministru Konrad Mizzi.

13.14: Il-Qorti esentat lil Borg mis-sigriet professjonali.

13.13: Jitla’ jixhed Robert Borg.

13.10: Mistoqsi jekk Castagna għandu “freezing order”, huwa wieġeb li hu għandu dan, u qal li dan kollu m’għandux x’jaqsam mal-każ.

13.08: L-avukat Deboni saqsa dwar id-due diligence… Castagna qal li kien hemm elementi ta’ due dilligence.. legalment, fuq finanzi.

13.04: Mistoqsi jekk iħossux li għamel riċerka sew fuq Rum Tumuluri u oħrajn, li suppost issodisfaw li kellhom kapaċità finanzjarja li jistgħu jipproduċu. Huwa qal li minn dak li raw dak iż-żmien għadu jemmen li l-VGH kellhom ikunu bħala l-“preferred bids”. Huwa tenna għal darba darbtejn li l-affarjiet minn dak iż-żmien ‘l hawn inbiddlu.

13.02: Castagna qal li hu qatt ma qal jekk il-Gvern għandux jieħu lura t-tliet sptarijiet, Castgna iżda jgħid li mill-affarjiet li ra inbiddlu l-affarjiet.

12.58: Mistoqsi jekk il-bidder (VGH) kellux l-esperjenza li jibdew jaħdmu fl-isptarijiet. Castagna qal li dak iż-żmien kien jidher li huma minn dawk li raw kien jidher li huma kienu kredibbli. Castagna qal li dakinhar l-VGH urew li kellhom is-saħħa minn fejn ikollhom l-abbiltà biex jaqdu dak li kien mitlub fir-rigward tat-tliet sptarijiet.

12.51: Mistoqsi meta kien aġġudika dan, jekk kinx jaf li dakinhar kellu jkun compliant. Castagna li hu partner ta’ Nexia BT qal li huma obbligaw lil Gvern u lil Project Malta Ltd. biex jibdew in-negozji. Castagna qal li huma mxew mar-regoli.

12.47: Mistoqsi jekk dawk li ħadu l-isptarijiet kellhomx esperjenza fis-settur tas-saħħa, Castagna wieġeb li dawn qalu biss li kellhom kapaċitijiet li jqabdu lil min jista’ biex wieħed imexxi sptar. Castagna qal li dawn urew li kellhom saħħa finanzjarja, kien hemm “sources of fund”.

12.45: Castagna ġie mistoqsi jekk kellux idea li jeżiżti d-dokument tal-MoU, huwa wieġeb fin-negattiv, u qal li sema’ l-ewwel darba bih meta kienu ġew żvelati stejjer fuq il-midja.

12.42: L-Avukat Debono saqsa lil Castagna x’dokumenti hu ra. Castagna qal li hu se jagħti l-kopja ta’ dak li għandu. Mistoqsji jekk kinx hemm mistoqsijiet ta’ kjarfikazzjoni bi skop li jinbidel dak mitlub, Castagna wieġeb li għandu dokumenti ta’ kjarfiazzjoni.

12.38: L-Avukat Debono saqsa jekk ġabx id-dokumenti neċċessarji dwar dak kollu li hu kien qiegħed jixhed fl-aħħar seduta. Mistoqsi dwar ħidmietu Castagna qal kien membru f’Kumitat ta’ Evalwazzjoni fi Projects Malta Ltd. Castagna tenna li din id-dokumentazzjoni ma preżentahiex lil Qorti u li d-dokumenti ma kinux fuqu.

Il-Qorti ordnat lil Castagna jippreżenta dawn il-Qorti u qalet li tessentah minn kull sigriet professjonali li dan seta’ kellu f’dan l-ambitu fil-ħidma tiegħu ma’ Projects Malta Ltd.

12.37: Jitla’ jixhed Manuel Castagna, li huwa wkoll partner ta’ Nexia BT.

12.32: L-Avukat Debono għall-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jirriserva li l-MoU, mitlub fl-14 ta’ Lulju biex ikun preżentat, u jekk dan ma jiġix preżentat fl-atti ta’ din il-kawża mis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-PM, l-awditur irid jippreżenta dawn id-dokumenti u kull dokument relevanti.

12.28: L-avukat Edward Debono qal li l-MoU għadu fi stadju ta’ limbu, hemm taħbil il-moħħ fuq fejn għandhom imorru għad-dokumenti, uħud jindikaw Projects Malta Ltd u fl-aħħar feġġ l-isem ta’ Projects +.

12.27: Il-Qorti titlob lil Awditur Ġenerali jgħaddi kopja lid-deputata tal-Qorti.

12.23: Fix-xhieda tiegħu Charles Deguara, preżenta kopja tal-konċessjoni lil VGH, u kull rapport ieħor li kellu x’jaqsam mal-konċesjoni tat-tliet sptarijiet. Huwa qal li għal bidu kien preżenta rapport, iżda wara li ħareġ l-MoU, sar rapport ieħor.

12.21: Jitla’ jixhed Charles Deguara, Deputat Awditur Ġenerali.

12.19: L-avukat David Farrugia Sacco qal li James Camenzuli kien involut fl-entità Projects + u mhux Projects Malta Ltd.

12.17: Tkompli tinstema’ l-kawża.