Futbol Sport

Allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ Luiz Suarez

(Ritratt: EPA)

L-awtoritajiet Taljani fetħu investigazzjoni dwar irregolaritajiet li seħħew sabiex l-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez ikun jista’ jikseb passaport Taljan.

Suarez li huwa mill-Urugwaj iżda miżżewweġ Taljana suppost kellu jitgħallem u jifhem sew il-lingwa Taljana bħala kundizzjoni fil-ħruġ tal-passaport. B’passaport Taljan kien ikun possibbli għalih biex jingħaqad ma’ Juventus. Din il-problema iżda jidher li nħolqot għal xejn wara li l-plejer laħaq ftehim ma’ Atletico Madrid bl-idea li jilgħab fl-Italja tisfuma.

Madankollu jidher li kollox kien irranġat minn qabel mal-Universita ta’ Perugia fejn f’rapport irriżulta li Suarez jaf biss l-aktar kliem elimentari fil-lingwa Taljana u la jifhem u l-anqas jikkomunika bit-Taljan ma jaf. Tlett uffiċjali tal-Universita’ jinsabu taħt investigazzjoni b’dokumenti b’rabta mal-eżami li suppost għamel ikunu sekwestrati mill-Guardia di Finanza.

Aktar kmieni dan ix-xahar deher li kien intlaħaq ftehim ma’ Juventus bl-unika problema tkun iċ-ċittadinza li iżda b’passaport Taljan kien jikkwalifika. L-applikazzjoni għal ħrug tal-passaport u eventwali eżami tal-lingwa kienet ipproċessata fi 15 il-ġurnata fejn normalment il-proċedura fl-Italja hi li din tieħu bejn sentejn u erba’ snin.

Luis Suarez kien inqgħaqad ma’ Barcelona fl-2014 minn ma Liverpool iżda għal dan l-istaġun mhux fil-pjanijiet tal-kowċ il-ġdid ta’ Barcelona Ronald Koeman.