Futbol Sport

Arsenal u Chelsea jikkwalifikaw għar-raba’ rawnd

(Ritratt: EPA)

Arsenal kwalifikaw għar-raba’ rawnd wara li barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Leicester City. Il-gowls tal-partita wasal fit-tieni taqsima fejn minn cross ta’ Nicolas Pepe kien CHRISTIAN FUCHS li tefa’ fix-xibka tiegħu stess wara konfużjoni fil-kaxxa ta’ Leicester. Arsenal rduppjaw tard fil-partita permezz ta’ EDDIE NKETIAH.


Chelsea kisbu post fir-rawnd li jmiss tal-Carabao Cup wara li f’darhom kisbu rebħa faċli kontra Barnsley ta’ 5-0.
L-eroj għall-Blues kien l-akkwist il-ġdid KAI HAVERTZ li skorja tliet gowls, biż-żewġ gowls l-oħra jaslu mingħand TAMMY ABRAHAM, ROSS BARKLEY u OLIVIER GIROUD.

It-tielet rawnd
Ilbieraħ
: Leyton Orient v Tottenham posp., Newport v Watford 3-1, WBA v Brentford 2-2 (4-5), West Ham v Hull 5-1, Luton v Man Utd 0-3, Illejla: Fulham v Sheff. Wed 2-0, Milwall v Burnley 0-2, Preston v Brighton 0-2, Stoke v Gillingham 1-0, Chelsea v Barnsley 6-0, Fleetwood v Everton 2-5, Leicester v Arsenal 0-2, Morecambe v Newcastle 0-7 Għada: Bristol v Aston Villa 8.00pm, Lincoln v Liverpool 8.45pm, Man City v Bournemouth 8.45pm