Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 42 każ ġdid pożittiv… ifiqu 60 persuna

U għal ġurnata oħra pajjiżna reġa’ kellu żieda konsiderevoli ta’ każijiet pożittivi, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 42 każ ġdid.

Mill-każi li tħabbru lbieraħ 11-il każ kienu qraba ta’ każi pożittivi, 3 persuni kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi għal dan il-virus, 4 każi nstabu pożittivi minn żewġt idjar tal-Anzjani li huma Dan San Ġużepp u Casa Antonia, 5 persuni ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol, persuna nstabet pożittiva wara li attendiet attività soċjali, filwaqt li każ ieħor kien impurtat.

Fiċ-ċifri maħruġa minn Saħħa kien rappurtati li fiequ 60 persuna. Dan iniżżel il-każi attivi għal 734. In-numru ta’ vittmi issa jitla’ għal 25 hekk kif dalgħodu tħabbar li mietet persuna oħra. It-total ta’ każi pożittivi jitla’ għal 3,065.

Bħalissa r-rata ta’ tasmissjoni lokali tinsab fil-livell ta’ iktar minn wieħed. Meta l-R Factor ikun f’dan il-livell, juri li t-tixrid tal-virus qed jiżdied.