Lokali Saħħa

COVID-19: Il-25 vittma f’pajjiżna

Anzjan ta’ 84 sena huwa l-25 vittma waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

Din hija id-9 mewta f’dawn l-aħħar sitt ijiem.