Il-familja u l-ħbieb ta’ Ivor Maciejowski ngħaqdu flimkien biex jiġbru fondi għall-funeral tar-raġel li kien maqtul fir-Residenza tiegħu f’Tas Sliema. Il-fondi ser jgħinu lill-familja tal-vitma tfittex li ssir ġustizzja.
F’messaġġ li kitbu l-familjari ta’ Ivor fuq il-paġna li fiha qed jinġabbru l-fondi, Ivor kien deskritt bħala persuna li dejjem kien jitbissem u mimli enerġija.
Imwieled u mrobbi fir-Renju Unit qabel ġie jgħix Malta, Ivor kellu passjoni għall-arti u kien iħobb lil dawk ta’ madwaru.
Il-ħajja ta’ Ivor intemmet b’mod traġiku fl-età ta’ 30 sena f’att li l-famlijari tiegħu qed isejjħu “terribli u bla sens.” Maqtul fl-istess residenza kien is-sieħeb ta’ Ivor, Chris Pandolfino.
Il-familja ta’ Ivor qed tiġbor il-fondi biex jingħata tislima li tixraqlu filwaqt li l-istess fondi se jmorru wkoll għar-rappreżentanza tal-familja fil-qorti f’Malta biex jiżguraw li jkollhom ġustizzja għal Ivor.
//= $special ?>