Internazzjonali

L-UE tippreżenta Patt ġdid dwar l-immigrazzjoni

L-Unjoni Ewropea talbet għal sistema obbligatorja sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-immigrazzjoni.

Il-patt.. li ġie appoġġjat mill-Ġermanja jkun jeħtieġ li s-27 pajjiż tal-UE kollha jieħdu sehem.

Il-patt il-ġdid, li ġie mbuttat l-aktar minn Angela Merkel, jipproponi “qsim ġust ta’ responsabbiltà u solidarjetà bejn l-istati membri”

Dan il-patt jinvolvi r-rilokalizzazjoni u r-ripatrijazzjoni tal-immigranti li jaslu bil-baħar.

Is-27 pajjiż tal-UE jkollhom “għażliet flessibbli” għal kif jieħdu sehem, għalhekk pajjiżi bħall-Ungerija u l-Polonja li fil-passat irrifjutaw immigranti ser jintalbu jgħinu b’modi differenti.

Il-president tal-Kummissjoni Ewropea stqarret li l-patt il-ġdid se “jerġa ‘jibni l-fiduċja bejn l-istati membri” u ser ilaħħaq “il-bilanċ it-tajjeb bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà”.