Sport Waterpolo

Neptunes b’numru ta’ azzjonijiet wara l-każ ta’ nhar it-Tnejn

It-tim ta’ Neptunes ħabbru li wara li l-kumitat wettaq investigazzjoni interna, ġie deċiż li l-plejer li rriżulta pożittiv għall-coronavirus, ikun sospiż sat-tmiem l-istaġun b’mod immedjat.

Neptunes ħabbru wkoll li membru tal-istaff tat-tim irriżenja mill-kariga tiegħu u mhux se jkun qiegħed jifforma parti mill-iskwadra sat-tmiem l-istaġun. Fi tmiem l-istqarrija, Neptunes qalu li jekk ikun hemm bżonn se jkunu qed jieħdu azzjoni b’mod immedjat.

Nhar it-Tnejn, Neptunes ħabbru li plejer mit-tim tagħhom kien pożittiv għall-coronavirus. Neptunes qalu li l-plejer kien għamel żewġ testijiet fejn irriżulta negattiv, bil-plejer jagħmel test ieħor qabel il-partita tal-Ħadd kontra Sliema fejn l-għada ħareġ li kien pożittiv. Il-klabb ċaħad b’mod kategoriku li xi membru tat-tim kien jaf li l-plejer kien pożittiv qabel il-partita.