Lokali

Parti kbira mill-lekċers tal-Università ta’ Malta ser ikunu onlajn

F’linji gwida maħruġa mill-Università ta’ Malta.. intqal li l-biċċa l-kbira tal-lekċers ser isiru onlajn.

Jidher li studenti li ser ikunu qedgħin fl-ewwel sena tagħhom fl-Università.. ser jingħataw iċ-ċans li jesperjenzaw l-ħajja ta’ student Universitarju billi jkollhom lekċers fl-Università stess.

Minħabba li ser ikun hemm każi fejn student jaf ikollu lekċer fl-Università u eżatt warajha lekċer onlajn.. l-Università ser tieħu ħsieb li jkun hemm postijiet apposta minn fejn l-istudent ikun jista’ jibqa’ jsegwi l-lekċer onaljn.

Filwaqt li l-ilbies tal-maskri huwa mandatorju fil-klassijiet, labs u postijiet magħluqa.. huwa wkoll rakkomandat li kemm l-istudenti kif ukoll il-lekċerers jilbsu l-maskri kull xħin ikollhomm kuntatt ma’ persuni oħra.

Intant, protokolli separati ser ikunu qed jinħarġu minn kull fakulta’.