Eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq fi bliet madwar il-Bulgarija fl-aħħar sigħat fejn talbu lill-Prim Ministru u lill-prosekutur ewlieni tal-pajjiż biex jirriżenjaw wara allegazzjonijiet li ppermettew grupp ta’ individwi jieħdu l-kontroll tal-pajjiż.
Id-dimostranti fil-biċċa l-kbira tagħhom żgħażagħ saħqu li xebgħu b’din il- korruzzjoni u li jinsabu mdejqa bl-istil li qed imexxi l-Gvern ta’ Boyko Borissov, li ilu fit-tmun għal tliet leġiżlaturi sa mill-2009.
Id-dimostranti, li skont l-aħħar stħarriġ għandhom l-appoġġ ta’ madwar żewġ terzi tal-popolazzjoni, iridu li d-data tal-elezzjoniji ġenerali titmexxa’ l quddiem minn dik skedata f’Marzu li ġej.
//= $special ?>