Sport Sport Ieħor

Alex Borg eliminat mill-European Masters

Fil-Marshall Arena, Milton Keynes fl-Ingilterra, partita numru 24 mill-ewwel rawnd tal-European Masters tas-Snooker. Id-disa’ frame kien dak deċiżiv fil-konfront bejn Lyu Haotian taċ-Ċina u Alex Borg, bil-plejer Malti jitlef 5 frames għal 4.

Bidu b’saħħtu minn Haotian li rebaħ l-ewwel żewġ frames 74 – 20 u 78 – 22. Reazzjoni tajba ħafna minn Alex Borg fejn rebaħ 32 – 71, mar 2 – 2 meta rebaħ ir-raba’ frame 16- 86 sabiex kompla u mar saħansitra fil-vantaġġ fil-ħames frame li rebaħ 18 – 66 Lyu Haotian iżda għamel l-impossibbli bi break ta’ 101 biex mar 3 – 3 u wara 4 – 3 fil-vantaġġ meta rebaħ is-seba’ frame 75 – 38. Mill-gdid reazzjoni minn Alex Borg li rebaħ it-tmien frame 24 – 72 sabiex fid-disa’ frame – dak deċiżiv kien Haotian li ħareg rebbieħ 85 – 0.