F’komunikat maħruġ mill-Isptar San Raffaele ta’ Milan, Alex Zanardi fl-aħħar jiem għamel progress sinifikattiv minn wara l-inċident li kellu bil-handbike fid-19 ta’ Ġunju li għadda.
Zanardi kien weġġa’ bil-handbike waqt tellieqa fi Siena u minn dakinhar kien operat bosta drabi, fejn fl-24 ta’ Lulju kien trasferit għal sptar tat-terapija intensiva f’Milan. Minkejja l-progress li għamel, it-tobba xorta waħda huma kawti dwar is-saħħa ta’ Zanardi hekk kif bħalissa jinsab għaddej minn kura sub-inentsiva.
//= $special ?>