Lokali

Anzjan sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident ma’ karozza

Ritratt: Martin Agius

Anzjan ta’ 64 sena mill-Kalkara sofra feriti gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur fi Triq ix-Xatt fil-Kalkara stess.

Jirriżulta li għall-ħabta tas-7am, għal xi raġuni seħħet il-ħabta bejn il-mutur tat-tip Kymco misjuq mill-anzjan u karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn mara ta’ 47 sena mill-Kalkara wkoll.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.