Coronavirus Lokali Saħħa

Anzjana hija t-tielet vittma tal-Covid fi ftit sigħat; it-28 vittma f’pajjiżna

Mara anzjana li għamlet xi żmien rikoverata fl-Isptar Monte Carmeli hija t-tielet vittma tal-Covid-19 mill-bieraħ filgħaxija ‘l hawn.

L-anzjana kienet irriżultat pożittiv għall-virus ftit tal-ġimgħat ilu, u ttestjat negattiv fit-tieni test meħud. Madankollu l-mara li ddaħlet l-Isptar Mater Dei fl-aħħar jiem, mietet aktar kmieni llum fl-istess sptar filwaqt li nstabet li kienet reġgħet irriżultat pożittiv għall-virus.

Din hija t-tielet fatalità rreġistrata mill-bieraħ filgħaxija ‘l hawn biex issa pajjiżna qed jgħodd 28 vittma tal-virus.