Sport Sport Ieħor

Attivitá organizzata mill-Qormi Hockey Club

Fil-ġimgħa Ewropeja ddedikata għall-isport, Qormi Hockey klabb għada se jkun qed jorganizza attività bl-isem ta’ “BeActive- let’s Play Hockey” fejn se jkun hemm numru ta’ attivitajiet fiżiċi fosthom tournament ta’ taħt it-12 u l-14 -il sena, atleta paralimpiku fejn se jkun qed jgħallem il-ħiliet bażiċi tal-hockey, sessjoni taż-zumba kif ukoll żewġ partiti ta’ ħbiberija bejn it-tim nazzjonali Malti tan0nisa tal-hockey u dak ta’ taħt it-18 -il sena tal-irġiel u partita oħra bejn it-tim nazzjonali Malti tal-hockey ta’ taħt it-23 sena u t-tim ewlieni ta’ Qormi Hockey Club.

Il-Kelliem tal-Oppiżizzjoni għall-Isport Robert Cutajar flimkien ma’ wieħed mill-Umpires Nathan Galea

Din l-attività se ssir fil-Qormi Hockey Club u tibda fis-2.00pm, bl-aħħar attività tibda fis-7.00pm. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey bħal numru ta’ għaqdiet oħra sportivi lokali hija parti mill-kampanja nazzjonali mwaqqfa mill-oppożizzjoni, #sportforlife #letsbeatobesitytogether.