Futbol Sport

Bayern Munich u Sevilla b’ċans li jirbħu l-ewwel unur tal-istaġun

Illejla fil-Puskas Arena f’Budapest, Bayern Munich se jisfidaw lil Sevilla għar-rebħ tal-UEFA Super Cup, biż-żewġ timijiet se jkunu qed ifittxu li jirbħu l-ewwel titlu tal-istaġun.

Bayern Munich kwalifikaw għal din il-finali wara li rebħu l-finali tal-UEFA Champions League kontra PSG 1-0 filwaqt li Sevilla rebħu l-finali tal-UEFA Europa League kontra Inter 3-2.

Għall-ewwel darba wara numru ta’ xhur il-UEFA se tippermetti lil numru ta’ partitarji li jidħlu fl-istadium biex ikunu jistgħu jsegwu din il-partita, bil-President tal-UEFA Aleksander Ceferin jgħid li dan huwa l-ewwel pass sabiex il-partitarji jerġgħu jitħallew jidħlu fl-istadiums sa mill-bidu tal-pandemija tal-coronavirus.