Futbol Sport

Chelsea jakkwistaw lil Edouard Mendy

Chelsea ħabbru l-akkwist tal-gowlkiper Edouard Mendy mingħand Rennes għas-somma ta’ £22 miljun. Mendy iffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-tim ta’ Frank Lampard u mistenni jagħti sfida lill-gowlkiper l-ieħor Kepa li fl-aħħar partiti wettaq numru ta’ żbalji li swew f’punti lil Chelsea.

Mendy qal li din kienet ħolma għalih li jissieħeb ma’ skwadra bħal ta’ Chelsea. F’dan is-suq tat-trasferimenti, Chelsea kienu fost l-aktar timijiet li nefqu flus, fejn akkwistaw lil Kai Havertz, Timo Werner, Thiago Silva, Ben Chilwell u lil Malang Sarr.

Fil-passat, Mendy lagħab ma’ Reims fi Franza qabel ma’ fl-istaġun li għadda ssieħeb ma’ Rennes fejn żamm 13 -il clean sheet u għen lil Rennes jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League għall-ewwel darba.