Lokali

Delegazzjoni ta’ Siemens tasal Malta

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi preżenta numru ta’ Domandi Parlamentari dwar il-fatt li delegazzjoni ta’ Siemens se tkun qed tiġi pajjiżna. 

Fuq Facebook, Azzopardi qal li staqsa lill-Gvern jekk huwiex se jikkanċella il-kuntratt li hu sejjaħlu “mdemmi”  u “korrott” tal-power station tal-gass, wara l-arrest ta’ Keith Schembri. 

Skont dak li kiteb id-deputat Nazzjonalista, il-Kap Ezekuttiv ta’ Siemens Italia se jasal it-Tnejn u jinghaqad mal-bqija tad-delegazzjoni.

Dan l-iżvilupp importanti seħħ hekk kif fl-ahhar 24 siegħa, il-Grupp Gasan ħabbar illi se jkun qed ifittex metodu ta’ kif jista’ jirtira minn dan il-proġett kontroversjali. 

Ilbieraħ il-Grupp Gasan qal illi qed jara x’inhuma l-għażliet kollha tiegħu biex jirtira s-sehem tiegħu mill-Electrogas, filwaqt li dalgħodu rriżulta li issa ġejja Malta wkoll delegazzjoni minn Siemens li għandha 33.3% sehem fil-proġett tal-Power Station.