Dalgħodu l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar aktar imwiet kaġun tal-Coronavirus. Jidher li l-vittmi kienu t-tnejn residenti f’Dar tal-Anzjani.
Wara li ħarġet l-aħbar fuq Net News, il-Gvern ikkonferma li l-ewwel każ kien ta’ anzjan ta’ 91 sena. L-anzjan kien instab pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl.
It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 73 sena. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl.
//= $special ?>