Floriana għandhom ċans li jiktbu l-istorja fil-futbol lokali jekk illejla fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League jikkwalifikaw kontra Flora tal-Estonja. Floriana waslu sa dan ir-rawnd wara li kienu eliminati mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League kontra CFR Cluj u kwalifikaw għat-tieni rawnd tal-Europa League fejn fl-Irlanda ta’ Fuq eliminaw lil Linfield.
Il-kowċ ta’ Floriana Enzo Potenza waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret b’mod virtwali qal li minkejja li t-tim ta’ Flora diġa lagħab bosta partiti fil-kampjonat, jemmen li t-tim tiegħu jista’ jelimina lil dan it-tim u jkun tragward storiku għall-klabb. Il-captain tat-tim Jurgen Pisani qal li din hija logħba importanti għal dawk kollha nvoluti fil-klabb ta’ Floriana għaliex jekk jirnexxielhom jissuperaw dan ir-rawnd jkunu kitbu l-istorja bħala klabb Malti fl-Ewropa. Floriana sa issa lagħbu partita waħda fil-Kampjonat BOV Premier fejn għelbu lil Gżira United 2-1.
//= $special ?>