Floriana…………………………0 (2)
Flora Tallinn………………….0 (4)
Floriana: I. Atkpan, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone (J. Busuttil 117), K. Keqi, B. Paiber (F. Cheveresan 80), J. Pisani, M. Garcia, M. Dias, R. Camenzuli, T. Fonseca
Flora Tallinn: M. Igonen, M. Kuusk, M. Lukka, R. Alliku (M. Miller 69), R. Sappinen (M. Lepik 80), K. Vassiljev (M. Poom 99), H. Purg, M. Lilander, M. Soomets, V. Sinyavskiy (F. Liivak 105)
Referee: I. Peljto
Assistant referees: S. Ibrisimbegovic, D. Beljo
Floriana sfaw eliminati 4-2 bil-penalties wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls. Fl-ewwel 20 minuta tal-partita, Floriana ddominaw il-pusses iżda ftit li xejn kienu perikolużi b’ħafna mill-logħob ikun f’nofs il-grawnd bl-avversarji jistennew fin-nofs grawnd tagħhom.
L-ewwel xutt tal-partita wasal fit-23 meta Vassiljev xuttja mid-distanza iżda sab lil Atkpan attent biex salva mingħajr diffikultà. Fit-28 minuta Floriana setgħu kienu perikolużi meta minn pożizzjoni tajba Keqi naqas milli jinkwadra l-lasta bix-xutt tiegħu jmur għoli. Floriana ħarġu aktar aggressivi fit-tieni taqsima u fl-47 minuta x-xutt ta’ Leone kien devjat għall-corner mid-difiża ta’ Flora.
Mas-siegħa logħob Floriana għal darb’pħra perikolużi meta f’azzjoni maħduma b’mod tajjeb kien Venancio li kkonkluda minbarra l-kaxxa li għaddiet ftit għoli mil-lasti ta’ Igonen. Żewġ minuti wara Nicola Leone wkoll ittanta xortih mid-distanza iżda l-konklużjoni tiegħu kienet salvata faċilment minn Igonen. Floriana komplew jikkmandaw il-logħba u minn kontrattakk veloċi kien Brandon Paiber li kkonkluda fil-baxx, konklużjoni li kienet salvata b’mod faċli mill-gowlkiper ta’ Flora.
Fil-65 minuta azzjoni maħduma b’mod tajjeb fuq ix-xellug, iżda l-cross ta’ Fonseca ma sab lil ħadd li jikkonkludi. Żewġ minuti wara l-konklużjoni għar-rokna minn Garcia kienet salvata b’diffikultà mill-gowlkiper avversarju. Fid-79 minuta l-freekick ta’ Venancio għadda jħakkek mas-saqaf ta’ barra tax-xibka.
Fis-87 minuta Flora setgħu rebħu l-partita meta wara żball fid-difiża Furjaniża x-xutt fil-baxx ta’ Lepik kien salvat b’mod tajjeb minn Atkpan bil-partita tibqa’ fid-draw u b’hekk marret għall-ħin barrani.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-ħin barrani waslet fil-115 –il minuta meta x-xutt ta’ Tiago Fonseca għadda jħakkek mal-wieqfa. Il-partita marret għall-penalties wara li ż-żewġ timijiet ma rnexxielhomx isibu l-gowl ta’ kwalifikazzjoni sal-120 minuta.
Fil-penalties għal Floriana skorja Fonseca u Busuttil filwaqt li Keqi u Venancio fallew. Għal Flora Talinn skorjaw Lilander, Kreida, Kuusk u Liivak filwaqt li Kreida falla t-tielet penalty għal save ta’ Atkpan.
//= $special ?>