Lokali

Id-droga qed taffettwa direttament liż-żgħażagħ Maltin

Ġie ppubblikat il-European Drug Report għal din is-sena; analiżi li titfa’ dawl fuq it-traffikar u l-abbuż minn sustanzi illeciti fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-rapport juri li pajjiżna għandu t-tieni l-għola rata ta’ imwiet b’overdose fost iż-żgħażagħ meta wieħed jikkumpara iċ-ċifri ras għal ras. Fil-fatt, huma biss iż-żgħażagħ fit-Turkija li qedgħin f’sitwazzjoni agħar minn dik ta’ pajjiżna.

Fuq livell Ewropew, l-imwiet ikkaġunati mid-droga qed jonqsu fost iż-żgħażagħ ta’ bejn l-20 u 29 sena. L-abbuż iżda qed jiżdiedu fl-adoloxxenti u żgħażagħ li għandhom bejn 15 u 19-il sena. Hemm ukoll rata ta’ imwiet li qed tiżdied fost l-anzjani li jabbużaw mid-droga.

L-akbar rati ta’ imwiet bid-droga huma dawk tal-Iżvezja u r-Renju Unit.

Tliet kwarti tal-vittmi ta’ overdose kienu irġiel, filwaqt li l-eta’ medja tal-fatalitajiet kienet ta’ 42 sena.

Intant, dan ir-rapport jindika li f’pajjizna fl-2017 tqassmu mal-276,00 sirigna għal persuni li huma dipendenti mid-droga, bħala parti minn programmi ta’ rijabilitazzjoni. L-aħħar statistika tindika ukoll li f’Malta ġew sekwestrati xejn anqas minn 188 kilogramma ta’ kokaina, ħames kilogrammi ta’ eorina, u 17,000 kilogramma ta’ raża tal-kannabis.