Lokali

Il-Ġimgħa tiftaħ il-votazzjoni bikrija

21,499 tesserat huma eleġibbli li jivvutaw

Mill-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru, it-Tesserati tal-PN ser ikunu jistgħu jibdew jivvotaw fl-elezzjoni għall-għażla ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

Dan hekk kif mis-sitta ta’ filgħaxija sad-disgħa ta’ filgħaxija ser ikun qed jingħata bidu għall-proċess tal-votazzjoni bikrija sabiex sussegwentament, is-Sibt 26 ta’ Settembru bejn id-disgħa ta’ filgħodu u s-sitta ta’ filgħaxija kif ukoll l-Ħamis l-ewwel ta’ Ottubru u l-għada l-Ġimgħa bejn is-sitta ta filgħaxija u d-disa ta filgħaxija tissokta l-votazzjoni bikrija – fil-postijiet indikati u allokati mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

Dan filwaqt li s-Sibt 3 ta’ Ottubru, il-votazzjoni hi bejn it-8 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar f’Malta u bejn it-8 ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar f’Għawdex. Dan bil-għan li l-elezzjoni tintemm kmieni matul il-jum sabiex ma jdumx ma jibda l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, is-sorting u l-għadd tal-voti.

Il-votazzjoni se tkun imqassma fuq diversi jiem biex ikunu rispettati r-restrizzjonijiet marbuta mal-Coronavirus.

F’intervista fuq Net Television, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, l-Avukat Peter Fenech, li kull post tal-votazzjoni ġie iffumugat. Filwaqt li fakkar li kull votant irid jilbes maskra protettiva jew visor huwa saħaq li waqt il-vot ser tittieħed kull miżura ta’ prekawzzjoni meħtieġa.


Filwaqt li spjega li ser isir skurtinju assolut biex tinżamm id-distanza soċjali, Peter Fenech saħaq li qed jittiehdu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa.

Intant huwa spjega l-importanza li kull tesserat iġib miegħu l-formola mibgħuta lilu d-dar.