Kollox imweħħel, u ħadd ma jaf x’se jiġri. Ġenituri imedndlin. Għalliema f’inċertezza. U l-Gvern għadu bla soluzzjonijiet.
Għalkemm fl-aħħar sigħat, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa f’Kastilja mal-Prim Ministru, l-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-gvern….il-union ikkonfermat li sa issa, ma giet prezentata ebda soluzzjoni ta’ kif se jsiru l-lezzjonijiet fl-ambitu ta’ pandemija li qeda dejjem tigrava.
Din il-laqgħa kienet inkonklussiva u għaldaqstant l-MUT qed tibqa’ titlob għal ċertezzi.. u qiegħda tagħmel dak kollu possibbli f’dan l-istadju delikat.
//= $special ?>